Futbol Sport

Chelsea jħarsu li jiftħu vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika

(Ritratt: EPA)

Wara l-waqfa internazzjonali jirritorna wkoll il-Premier Laegue fl-Ingilterra bit-timijiet ta’ fuq se jkunu qed iħarsu li jżommu l-pass mal-leaders Chelsea. Fost il-partiti li jispikkaw dan il-ġimgħa, fil-King Power Stadium, Leicester se jilqgħu lil Man Utd. It-tim immexxi minn Ole Gunner Solskjaer ilhom 30 partita ma jitilfu barra minn darhom fil-Premier League, għalkemm id-draw kontra Everton, fl-aħħar partita, żied mhux ftit il-pressjoni fuq in-Norveġiż.

Min-naħa tagħhom Leicester kellhom bidu kemxejn diżappuntanti għall-Premier League, fejn jinsabu fit-13-il post bi 8 punti. Brendan Rodgers sabha xi ftit diffiċli dan l-istaġun biex joħroġ l-aħjar ta’ plejers bħal James Maddison u Harvey Barnes, li l-istaġun li għadda kienu fost l-aqwa fil-kampjonat. Minkejja dan, Rodgers jista’ jistrieħ xi ftit fuq l-attakkant Jamie Vardy, li skorja fl-aħħar tliet logħbiet tiegħu.

F’Vicarage Road, it-tim immexxi minn Jurgen Klopp se jilgħab kontra Watford. Filwaqt li Liverpool jinsabu fit-tieni post, żewġ punti wara Chelsea, Watford għadhom kif biddlu l-kow1, bit-Taljan Claudio Ranieri jieħu f’idejh it-tmexxija minflok Xisco Munoz. B’Liverpool għal staġun ieħor, juru li se jkunu fost t-timijiet li se jiġġieldu għar-rebħ tal-Premier League, Watford kapaċi jirreplikaw għamlu l-istaġun li għadda, fejn tawhom l-ewwel telfa tagħhom wara 44 partita mhux megħluba.

Min-naħa tagħhom Chelsea se jaffrontaw lil Brentford, b’dawn tal-aħħar mhux megħlub fl-ewwel tliet derbies ta’ Londra, kontra Arsenal, West Ham u Crystal Palace. Min-naħa tagħhom Chelsea jinsabu fil-quċċata u m’humiex mistennija li jwaqqgħu l-punti, għalkemm Brentford kapaċi jilagħbu kontra kulħadd, kif urew fid-draw ta’ 3-3 kontra Liverpool.

Intant, derby oħra ta’ Londra se tkun dik bejn Arsenal u Crystal Palace, bir-ritorn ta’ Patrick Vieira fost il-partitarji ta’ Arsenal, li magħhom kiseb suċċees kbir bħala plejer. Iż-żewġ timijiet jinsabu lejn nofs il-klassifika b’rebħa għal Palace tkun tfisser li jilħqu lil Arsenal b’10 punti. Min-naħa l-oħra Arsenal se jkunu qed iħarsu li jiksbu t-tliet punti u jaqbdu xi ftit ta’ ritmu u konsistenza dan l-istaġun, wara d-draw li kellhom kontra Brighton fl-aħħar ħarġa.

PREMIER LEAGUE

Illum Watford v Liverpool 1.30pm, Aston Villa v Wolves 4.00pm, Leicester v Man Utd 4.00pm, Man City v Burnley 4.00pm, Norwich v Brighton 4.00pm, Southampton v Leeds 4.00pm, Brentford v Chelsea 6.30pm Għada Everton v West Ham 3.00pm, Newcastle v Tottenham 5.30pm ItTnejn Arsenal v Crystal Palace 9.00pm