Coronavirus Lokali

Covid-19: 8 każi ġodda… ifiqu 19-il persuna

8 każi ġodda ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 19-il persuna.

Hekk ħabbar il-Ministeru tas-Saħħa s-Sibt waranofsinhar fuq il-paġna tas-saħħa fuq Facebook .. sabiex b’hekk il-każi attivi issa niżel għal 279.

L-ammont ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei għall-COVID-19 issa niżel għal 10 filwaqt li baqa’ pazjent wieħed biss fit-Taqsima tal-Kura Intensiva

Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, skont l-awtoritajiet tas-saħħa, ħadd ma tilef ħajtu bil-virus biex b’hekk il-fatalitajiet tal-pandmeija baqgħu 459.

Fl-aħħar 24 siegħa ngħataw madwar 2,091 doża tal-vaċċin, b’1,480 jkunu dożi tal-booster.