Futbol Sport

Gowl lejn it-tmiem jagħti rebħa lil Gżira

Ħamrun S.: P. Sanchez, D. Gojkovic, J. Mbong, J. Soares (A. Oyama 45′), F. Sasere (S. Lagzir 81′), L. Gambin, J. Corbalan, K. Micallef, I. Ntow, E. Marcelina (M. Guillaumier 55′), F. El Bakhtaoui

Gżira U: A. Currmi, G. Bohrer, L. Tabone, N. Muscat (C. Gauci 62′), S. Pisani (Z. Scerri 79′), Y. Messias, M. Davis, N. Portelli, T. Espindola, Jefferson, J. Mendoza

Referee: S. Petrovic

Assistenti referees: J. Spiteri, M. Scerri

Ħamrun Spartans sofrew riżultat diżappuntanti ieħor meta kienu megħluba 1-0 b’gowl lejn it-tmiem minn Gżira United li minn naħa tagħhom għamlu l-intenzjonijiet ċari għal dan l-istaġun.

Gżira fetħu fuq l-offenisva u wara żewġ minuti kien Nikolai Muscat li ra l-konklużjoni tiegħu taħbat mal-mimduda. Ħamrun ma dehrux daqshekk kunfidenti fil-bidu tal-partita bil-veloċità dehret toħloq problemi għad-difiża ta’ Ħamrun.

Bl-azzjonijiet ikunu minimi matul il-kumplament tal-partita, kienu Gżira United li sitt minuti mit-tmiem skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa meta minn freekick ta’ Espindola, kien Yuri Messias li mill-viċin xeħet ġewwa għal wara Curmi.