Lokali

“Iċ-ċensura tal-PBS hi oxxena” – Jon Mallia

“Dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech biex tissaħħaħ l-awtonomija tal-PBS u biex verament ikollna xandir imparzjali… hija xi ħaġa li sal-lum ħadd qatt ma qalha.”

Waqt diskussjoni li saret fil-programm Net Live, l-eks ġurnalist tal-PBS Sergio Mallia fakkar kif ix-xandir pubbliku suppost jirrappreżenta lill-poplu kollu… iżda dan mhuwiex iseħħ. Sergio Mallia tkellem ukoll dwar il-bord editorjali tal-PBS li huwa magħżul mill-Ministru. Huwa sostna li l-poplu għandu d-dritt li jkollu xandir pubbliku li jagħti l-verità kollha.

Min-naħa tiegħu l-preżentatur Jon Mallia qabel mal-proposta ta’ Bernard Grech li m’għandux ikun hemm Ministru tax-Xandir. Filwaqt li ddeskriva bħala “oxxena” l-ittra li rċevew il-producers tal-PBS. 

Matul il-programm Jon Mallia għamilha ċara li hu se jibqa’ jsemma leħnu biex jonqos l-element estrem ta’ partiġjaniżmu fuq ix-xandir u t-televiżjoni – xi ħaġa li fi kliemu qed tħalli ħafna ħsara fuq is-soċjetà.