Wara li l-Gvern ammetta s-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma…. issa l-Ministru tal-Enerġija Miriam Dalli mhux qed tikkometti ruħha li l-Gvern se jagħti lura l-flus li nsterqu minn dawn il-kontijiet.
“Il-Gvern Laburista se jara li jkollna sistema li n-nies iridu li trid li tkun indirizzata”
Dan b’differenza għall-PN li wiegħed li Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed jirrifondi lura lill-poplu il-miljuni li nsterqu mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Il-Budget li tressaq it-Tnejn li għadda kien l-ewwel okkazjoni li fiha l-amministrazzjoni ta’ Robert Abela ammettiet is-serq sfaċċat fil-mod kif qed jinħadmu l-kontijiet tal-ARMS.
Intant saqsejna wkoll lil Miriam Dalli dwar id-deal tal-Electrogas, deal skandaluż li kien anki kkundannat mill-Awditur Ġenerali, dwar dan iżda l-Ministru naqset milli twieġeb, u meta erġajna saqsejna dwar dan, qaltilna li kienet diġà wieġbet.
“Irrispondejtek ukoll”
//= $special ?>