Il-Qtil ta’ Sir David Amess, Deputat fil-House of Commons tar-Renju Unit, qed jiġi meqjus mill-Pulizija bħala att terroristiku.
Amess inqatel b’diversi daqqiet ta’ sikkina fil-klinika tiegħu f’Leigh on Sea f’Essex. Il-Pulizija qed iżżomm raġel ta’ 25 sena li hu ta’ nazzjonalita’ Britannika iżda ta’ nisel Somalu. Hu mifhum li dan l-attentat seta kellu rabtiet mal-estremiżmu Iżlamiku iżda l-Pulizija ikkonfermat li mhux qed tfittex iktar persuni b’rabta ma’ dan il-qtil.
//= $special ?>