Futbol Sport

Jirritorna l-Kampjonat BOV Premier bi Gżira kontra Ħamrun

(Ritratt: Trevor Sollars)

Wara waqfa ta’ aktar min ġimgħatejn minħabba l-impenji tat-tim nazzjonali Malti, jirritorna l-Kampjonat BOV Premier, bil-partiti li jispikkaw ikunu Ħamrun kontra Gżira, kif ukoll Hibernians konra Sliema. Fl-Istadium Nazzjonali Ħamrun se jkunu qed iħarsu li jkomplu fejn ħallew fl-aħħar partita tagħhom fir-rebħa ta’ 2-1 kontra Floriana. L-avversarji tagħhom, Gżira jinsabu post ‘il fuq fil-klassifika, b’punti ndaqs. Minkejja dan Gżira kisbu tilfu biss partita waħda dan l-istaġun, bl-unika rebħa tagħhom tkun kontra Valletta. Minkejja dan iż-żewġ timijiet se jkunu mingħajr żewġ plejers importanti li sofrew injury mat-tim nazzjonali, b’Ħamrun se jkunu mingħarj il-goalkeeper Henry Bonello, filwaqt li Gżira se jkunu mingħajr il-captain Steve Borg.

F’partita oħra li tispikka il-leaders attwali Hibernians se jaffrontaw lit-tim fl-aħħar post Sliema. Ċertament li Sliema huma diżappuntati bil-posizzjoni tagħhom fil-klassifika li ma jimmeritax club bi storja bħal ta’ Sliema Wanderers. Minkejja dan se jkunu qed jaffaċjaw l-aktar tim fil-forma fil-Kampjonat dan l-istaġun, fejn flimkien ma’ Birkirkara għadhom mingħajr telfa. Fl-aħħar konfronti rispettivi tagħhom fil-Kampjonat BOV Premier, iż-żewġ timijiet temmew fi draw, b’Hibernians iwaqqgħu l-ewwel punti tagħhom. Storkiament din il-partita hija t-tieni l-aktar li ntlagħbet fil-futbol Malti, b’265 konfront bejniethom.

Fit-Tony Bezzina Stadium, it-tim fit-tieni post Birkirkara se jaffrontaw lil Gudja United, li attwalment jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika. Iż-żewġ timijiet kellhom bidu pożittiv għal dan l-istaġun, b’Gudja juru titjieb sostanzjali fl-istil ta’ logħob li qed jilagħbu, taħt it-tmexxija tal-kowċ Thane Micallef. Min-naħa l-oħra Birkirkara għadhom ġejjin minn żewġ draw kontra Floriana u Gżira, u tliet punti huma mperattivi sabiex iżommu l-pass mal-leaders Hibernians. L-istaġun li għadda kienu Birkirkara li ħarġu rebbieħa fuq Gudja bl-iskor ta’ 3-0, b’Gudja mistennija joffru oppożizzjoni denja, aktar mill-aħħar partita.

Intant, Valletta jaffrontaw lil Sirens, bit-tim tal-kapitali għandu bżonn t-tliet punti massimi sabiex jinqala’ mid-disa’ post tal-klassifika. Min-naħa l-oħra Sirens impressjonaw mhux ftit hekk kif jinsabu fit-tielet post bi 8 punti. L-istorja tinsab favur Valletta hekk kif għadhom mhux megħluba fl-erba’ konfronti li lagħbu kontra Sirens, b’żewġ rebħiet u żewġ draws.

KAMPJONAT BOV PREMIER

Illum: Tony Bezzina Stadium Balzan v Floriana 3.00pm, Birkirkara v Gudja 7.00pm Stadium Nazzjonali Ħamrun v Gżira U. 5.00pm Għada Stadium Nazzjonali Sliema v Hibernians 3.00pm, Santa Lucia v Mosta 7.00pm Tony Bezzina Stadium Valletta v Sirens 5.00pm