Futbol Sport

Lazio jagħtu l-ewwel telfa lil Inter

(Ritratt: EPA)

Inter sofrew l-ewwel telfa tal-istaġun meta fi Stadio Olimpico kienu megħluba minn Lazio 3-1. Kienu Inter li marru fil-vantaġġ wara 12-il minuta permezz ta’ penalty ta’ Ivan Perisic. Lazio bdew ir-rimonta tagħhom fit-tieni taqsima meta kien fl-64 minuta permezz ta’ penalty ta’ Ciro Immobile. Felipe Anderson dawwar ir-riżultat favur Lazio fil-81 minuta biex lejn it-tmiem kien Serge Milinkovic-Savic għamilhom 3-1. Lazio lejn it-tmiem sfaw jilagħbu bi player anqas meta tkeċċa Luiz Felipe.

Milan wettqu rimonta fit-tieni taqsima, biex għelbu lil Genoa 3-2. Kien Gianluca Caprari li fetaħ l-iskor wara seba’ minuti. Verona rduppjaw fl-24 minuta permezz ta’ penalty ta’ Antonin Barak. Milan naqsu l-iskor fid-59 minuta permezz ta’ Olivier Giroud. It-tim ta’ Stefano Pioli ġab l-iskor indaqs fis-76 minuta permezz ta’ Franck Kessie. Żewġ minuti wara, Milan marru fil-vantaġġ permezz ta’ Koray Guenter.

Spezia kisbu rebħa ta’ 2-1 fuq Salernitana biex b’hekk b’din ir-rebħa telgħu fil-15-il post tal-klassifika. Simy fetaħ l-iskor għal Salernitana wara 39 minuta. David Strelec ġab l-iskor indaqs fil-51 minuta biex mbgħad kwarta mit-tmiem kien Viktor Kovalenko li għamilhom 2-1.

SERIE A
Illum: Spezia v Salernitana 2-1, Lazio v Inter 3-1, Milan v Verona 3-2 Għada: Cagliari v Sampdoria 12.30pm, Udinese v Bologna 3.00pm, Genoa v Sassuolo 3.00pm, Empoli v Atalanta 3.00pm, Napoli v Torino 6.00pm, Juventus v Roma 8.45pm It-Tnejn: Venezia v Fiorentina 8.45pm