Il-problema fil-Qorti t’Għawdex għadha mhux solvuta…. Dan kien konfermat mill-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis stess ma’ Net News.
“Nista’ ngħidlek li l-problemi endemiċi ta’ snin ilhom hemm… qed ngħidlek li t-timeframe hija ta’ jiem”
In-nuqqasijiet fil-Qorti t’Għawdex komplew jippersistu hekk kif fi stqarrija li ħarġet mill-Kamra tal-Avukati ta’ Għawdex qalu li se jkomplu bl-azzjoni kollettiva tagħhom, minkejja li ltaqgħu mal-Ministru Edward Zammit Lewis fil-jiem li għaddew….
L-avukati Għawdxin ilhom jitolbu biex is-sitwazzjoni fil-Qorti t’Għawdex tkun imtejba…. fejn fl-istqarrija qalu li hemm temi principali li jeħtieg li jigu indirizzati b’mod immedjat fosthom il-problema ta’ nuqqas ta’ marixxalli u ta’ staff kif ukoll it-twettiq tal-Liġi dwar l-Imħallef għal Għawdex.
Saqsejna lil Zammit Lewis għaliex il-Qorti t’Għawdex ma kinitx imsemmija lanqas għal darba waħda biss fil-budget… bil-Ministru jgħidilna li l-Qorti t’Għawdex se jingħata prijorità…. iżda jonqos milli jgħidilna kif.
“Għawdex se jingħata prijorità ukoll”
Fl-aħħar jiem, l-avukati ta’ Għawdex talbu biex ikun hemm il-bini ta’ Qorti gdid f’Għawdex… proposta li preżenta l-PN u beda l-proċess fl-2012… iżda għal darb’oħra ġiet imwarrba fil-budget 2022.
//= $special ?>