Lokali

Raġel iweġġa’ serjament wara li waqa’ madwar sular

Raġel ta’ 77 sena residenti San Ġwann kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ madwar sular waqt li kien qiegħed f’sit ta’ kostruzzjoni. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-12.15pm fi Triq Clarence, Tal-Pietà.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura serja.

Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.