Lokali

Raġel jitlef ħajtu f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel ta’ 50 sena tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu fi Triq Karmnu Abela, il-Ħamrun.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel Bulgaru residenti San Pawl il-Baħar, kien qiegħed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni u waqa’ madwar tliet sulari.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu imma sfortunatament, il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.