Lokali

Jinħeles mill-arrest wara li ħebb għal persuna oħra b’arma bil-ponta f’Għawdex

Ilbieraħ għall-ħabta tas-7.30am, Eġizzjan ta’ 28 sena residenti l-Munxar, Għawdex ġie akkużat li ikkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa lil persuna oħra u li ġarr arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr il-permess tal-Kummissarju. Ir-raġel ġie akkużat ukoll li kiser il-bon ordni u l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqu mill-Qorti.

Il-Pulizija arrestat l-imputat u ressqitu fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Simone Grech. L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata l-ħelsien millarrest taħt diversi kundizzjonijiet.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.