Futbol Sport

Tliet punti importanti għal Floriana

Matthias Mizzi

Bazlan……..1

Floriana……2

Balzan: J. Galea, A. Loof, S. Arab, M. Grima (90’ A. Bradshaw), P. Fenech (70’ P. Mota), A. Da Paixao, M. Zlatkovic, G. Camilleri (78’ N. Frendo), M. Mijic (78’ M. Duric), B. Kaljevic, S. Cipriott (70’ A. Andrejic)

Floriana: G. Kitanov, A. Magri Overend (78’ A. Garzia), C. Rutjens, Z. Cassar, K. Keqi, J. Arias, N. Garcia, B. Paiber (78’ D. Agius), E. Callegari, E. Rebenja (52’ A. Caseres) , R. Camenzuli (62’ J. Busuttil)

Imwissija: 6’ E.Callegari, 20’ N. Garcia, 39’ K. Keqi, 39’ S.Araba, 84’ D. Agius, 86’ N. Frendo, 88’ A. Ciolacu,

Skorjaw: 27’ J. Arias (FLR), 48’ A. Da Paixao (BLZ), 66’ J. Busuttil (FLR)

Referee: Glen Tonna

Assistenti Referees:  Luke Portelli, Christopher Francalanza

Raba’ Uffiċjal: Daniel Portelli

BOV Plejer tal-Logħba: A. Da Paixao (BLZ)

F’ partita bilanċjata u kkaratterizzata minn ħafna logħob wieqaf, Floriana jakkwistaw rebħa importanti li tħallihom ma’ ta’ fuq fil-klassifika.

B’tama li ż-żewġ timijiet jakkwsitaw it-tliet punti minn dil-partita fl-ewwel taqsima dehru aktar determinati bl-attakki tagħhom. Ftit qabel in-nofs siegħa logħob Floriana fetħu l-iskor minn xutt fil-baxx tal-Arġentin Jose Arias wara azzjoni maħduma tajjeb. Iż-żewġ timijiet sfaw jilagħbu bi player anqas meta tkeċċew Augustin Loof u Kristian Keqi rispettivament. Minkejja dan il-vantaġġ Floriana komplew b’ritmu tajjeb biex fil-41 minuta l-Furjaniżi reġgħu kienu perikolużi, din id-darba minn daqqa ta’ rass preċiża ta’ Emiliano Callegari li madankollu kienet ċentrali. 

Fit-tieni taqsima, Balzan mal-ewwel dehru li kienu konvinti jakkwistaw l-punti minn din il-partita. F’temp ta’ għoxrin minuta l-attakkant Brażiljan Alex Da Paixao kien tliet darbiet viċin milli jiskorja iżda kien biss fit-58 minuta li huwa sab ix-xibka minn xutt fil-baxx. Minkejja l-isforzi ta’ Balzan, fis-66 minuta, is-sostitut Jan Busuttil reġa’ tefa’ lit-tim tiegħu fil-vantaġġ. Ir-ritmu fil-kumplament tal-logħba kien wieħed għoli b’Floriana offesivament perikolużi.