Sport Sport Ieħor

Tsitsipas u Zverev eliminati mill-Indian Wells

(Ritratt: EPA)

It-tennista numru tlieta fid-dinja, Stefanos Tsitsipas kien eliminat mill-Indian Wells meta fil-kwartifinali kien megħlub minn Nikoloz Basilashvili 6-4 2-6 6-4. Minn naħa l-oħra, iċ-champion Olimpiku Alexander Zverev ukoll kien eliminat mill-Indian Wells meta kien megħlub minn Taylor Fritz 4-6 6-3 7-6 biex issa Bsilashvili u Fritz se jkunu qed jilagħbu kontra xulxin fir-rawnd li jmiss. Din se tkun l-ewwel darba li Tsitspas jew Zverev ma rnexxielhomx jaslu sas-semifinali fil-Masters 1000.