Sport Sport Ieħor

Cameron Norrie fil-finali tal-Indian Wells

(Ritratt: EPA)

Il-Brittaniku Cameron Norrie għadda għall-finali tal-Indian Wells wara li għeleb li Grigor Dimitrov 6-2 6-4. B’hekk din se tkun l-ewwel finali tiegħu fil-Masters 1000 wara li n-numru 26 tad-dinja iddomina is-semi finali f’Kalifornja. B’dan is-serje ta’ riżultati pożittivi, Norrie se jkun qed jaqbeż lil Dan Evans biex isir l-ogħla rank Brittaniku.

Fil-finali hu se jaffronta lis-seed 36 Nikoloz Basilashvili li għeleb lil Amerikan Taylor Fritz 7-6 6-3, biex għadda wkoll għall-ewwel finali tiegħu f’dan il-livell.

Għal Norrie din ir-rebħa kienet is-46 waħda tiegħu dan l-istaġun filwaqt li mistenni jagħmilha mal-aqwa 20 fl-aħħar rankings li mistennija jkunu ppublikati aktar tard it-Tnejn.