Kenneth Vella
Waqt li fil-korsa tal-Marsa, il-bieraħ wara nofsinhar saret il-31 laqgħa tal-istagun fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott kienu magħrufa l-finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza l-Kbira. Dan wara li saru ż-żewġ semifinali għal żwiemel tal-klassi Premier u li minnhom tnax -il żiemel għaddew għall-finali. Bħas-snin li għaddew, anki din is-sena, din il-kompetizzjoni prestiġjużi qiegħed tiġi organizzata bl-għajnuna tal-Bank of Valletta. Intant iz-zewg semifinali ntrebħu minn Chaud Devant u Antoine Du Bourg.
Fl-ewwel semifinali, wieħed mill-favoriti, Chaud Devant (Noel Baldacchino), mar quddiem sa mill-bidu nett tat-tiġrija u żamm il-pass u l-kmand tul id-distanza. Hu rnexxilu jaqsam il-linja finali l-ewwel b’tul minn Viking’s Topline (Eugenio Bondin), Baron De Majuag (Alessandro Grech) u Up And Go (George Attard). Venale (Michael Ellul) u Casanova Du Corta (Cliferty Calleja) wkoll għamluha għall-aħħar fażi tal-kampjonat. Għal Chaud Devant din kienet it-tieni rebħa nfila u f’Malta.
Simili kienet it-tieni semifinali mill-istess kompetizzjoni. Dan minħabba li z-ziemel li rsista biex jieħu l-ewwel pożizzjoni sa mill-bidu nett, igifieri Antoine Du Bourg (Redent Magro), baqa’ jżommha sat-tmiem. B’hekk Antoine Du Bourg ħa l-ħames rebħa tas-sena u t-tieni waħda konsekuttiva b’vantaġġ ta’ tul u nofs minn Bara Min (Jesmar Gafa’), Joe Hoo Lee (Matthew Sammut) u Juvels Boy (Caillin Borg). Beguin d’Ali (Rodney Gatt) u Aster Des Caillons) kienu l-aħħar żewġ żwiemel li għamluha għall-finali tat-Tazza l-Kbira. Ta’ min wieħed jinnota li Antoine Du Bourg kellu medja impressjonanti ta’ 1.14.6” fil-kilometru.
Ir-rizultati kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Himitri Star (C. Farrugia) Ħin – 2.44.8” (1.17”) 2. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) 3. Gima Tege (R. Magro) 4. Gamine d’Hawai (L. Ghigo)
II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gypsa Bella (S. Cassar) Ħin – 2.45” (1.17.1”) 2. Gaia Lucaxelo (P. Galea) 3. Gringo Marancourt (K. Axisa) 4. Casper Du Valo (N. Barbara)
III Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gibson Desert (P. Galea) Ħin – NTR 2. Rasputin LG (R. Cassar) 3. Black Is Black (V. Ghigo) 4. Mr Planner (J.P. Polidano)
IV Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Fuego De Granou (D. Baldacchino) Ħin – 2.43.7” (1.16.5”) 2. Digital Life (R. Gatt) 3. Fleur De Blay (P. Galea) 4. Ernest Des Angles (Ch. Gauci)
V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Blason De Lassay (S. Garzia) Ħin – 3.22” (1.16.5”) 2. Blue Night (R. Schembri) 3. M.T. Khila (M. Ellul) 4. Eros Des Liards (J. Gafa’)
VIII Tiġrija. Semifinali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Antoine Du Bourg (R. Magro) Ħin – 3.19.1” (1.14.6”) 2. Bara Min (J. Gafa’) 3. Joe Hoo Lee (M. Sammut) 4. Juvels Boy (C. Borg) 5. Beguin d’Ali (R. Gatt) 6. Aster Des Caillons (Ch. Degiorgio)
IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Duc d’Haufor (R. Magro) Ħin – 3.23” (1.16.9”) 2. Amus Nous (Ch. Gauci) 3. Dark Fant (J. Gafa’) 4. Broadway Surprise (Ch. Muscat)
X Tiġrija. Klassi Silver. Dist- 2640m. 1. Bleu Indigo (O. Cauchi) Ħin – 3.24.8” (1.17.6”) 2. Dieu d’Occagnes (P. Galea) 3. Desperado Passion (D. Xerri) 4. Alfred Maza (C. Farrugia)
//= $special ?>