Coronavirus Lokali

COVID-19: 10 każi ġodda… ifiqu 18-il persuna

Fl-aħħar sigħat kienu rappurtati 10 każi ġodda ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 18-il persuna… bil-każi attivi issa jinżlu għal 271.

L-ammont totali ta’ pazjenti li bħalissa għadhom rikoverati fl-Isptar Mater Dei issa tela’ għal 11, filwaqt li persuna waħda għadha qed tingħata l-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Skont l-awtoritajiet tas-saħħa bejn is-Sibt u l-Ħadd ma kien hemm l-ebda fatalitajiet kawża ta’ dan il-virus, biex b’hekk in-numru totali ta’ imwiet jibqa’ dak ta’ 459.

Sal-bierah in-numru totali ta’ dożi li ngħataw lill-poplu laħqu madwar 852,200, bi 32,900 minnhom jkunu boosters.