Futbol Sport

Draw bejn Santa Lucia u Mosta

(Ritratt: Cathriel Farrugia)

Santa Lucia………….2

Mosta………………….2

Santa Lucia: J. Archibald, A. Prates, J. Pisani (J. Tanti 76′), N. Pulis, G. Conti (J. Carbone 87′), P. Silva, V. Plut (K. Xuereb 90′), A. Souza, V. Filho, J. Zerafa, D. Xuereb

Mosta: M. Jovicic, R. Briffa, W. Donkin (J. Nsumoh 57′), C. Failla, T. Farrugia, I. Doric, M. Hetemaj, R. Morisco, Z. Brincat, L. Igbineweka (L. Riascos 77′), R. Ekani (G. Sciberras 79′)

Referee: A. Johnson

Assistenti referees: J. Spiteri, M. Ciantar

Santa Lucia u Mosta temmew fi draw ta’ 2-2 f’partita li offriet numru ta’ okkażjonijiet ta’ skor. B’dan ir-riżultat, iż-żewġ timijiet baqgħu fl-10 u fil-11-il post tal-klassifika b’ħames punti kull wieħed.

Mosta fetħu l-iskor wara 22 minuta meta minn corner kien Rafael Morisco li b’daqqa ta’ ras tajba għamilhom 1-0. Santa Lucia ħarġu aħjar fit-tieni taqsima u kien biss wara ħames minuti li ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Vito Plut li kkonkluda wara li rċieva b’mod tajjeb.

Fit-72 minuta, Santa Lucia sfaw jilaghbu bi player anqas meta tkeċċa Jurgen Pisani. Mosta reġgħu marru fil-vantaġġ fl-74 minuta permezz ta’ Roderick Briffa biex mbgħad fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem il-partita, kien l-eks tal-partita Dexter Xuereb li għamel l-iskor 2-2.