Futbol Sport

Fid-9.00pm | It-tieni programm ta’ Replay

Fid-9.00pm jingħata bidu għat-tieni programm ta’ din l-iskeda ta’ Replay fejn bi produzzjoni preżentazzjoni ta’ Christian Micallef se tkun qed tingħata ħarsa lejn dak li seħħ fi tmiem il-ġimgħa b’ħarsa partikolari lejn il-Kampjonat Premier.

Mistiedna llejla, flimkien mal-mistieden residenti Konrad Sultana, il-President ta’ Gżira United Sharlon Pace u l-President ta’ Gudja United Duncan Borg-Myatt.

Qabel l-aħbarijiet tas-7.30pm, tittellgħa l-ewwel edizzjoni tal-programm Replay Livescore. Tista ssegwi l-programmi Replay fuq: https://netondemand.mt/?autoPlay=1