Lokali

L-Air Malta b’telf ta’ 30 miljun Ewro

“L-Air Malta, mingħajr għajnuna tal-Kummissjoni Ewropea, tista’ tfalli”. Konferma li hija biss l-Unjoni Ewropea li tista’ ssalva lil-linja nazzjonali ta’ pajjizna…wara l-falliment tal-Gvern bid-decizjonijiet li ha fl-ahhar 8 snin.

Hekk saħqet il-gazzetta l-ILLUM wara intervista li saret mal-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana….fejn saħaq li bejn wieħed u ieħor għas-sena 2022, l-Air Malta se tkun qed tagħmel telf ta’ bejn €25 miljun u €30 miljun.

Clyde Caruana ammetta li “fl-Air Malta irid isir ħafna xogħol” … filwaqt illi kompla li din hija “waħda mill-akbar uġigħ ta’ ras” li għandu.

Aktar kmieni dan ix-xahar, il-ħaddiema tal-Air Malta baqgħu ma ngħatawx serħan il-moħħ għaliex għadu ma ntlaħaq ebda qbil dwar il-linja nazzjonali tal-ajru… b’riżiultat li diversi persuni li jaħdmu mal-istess kumpanija, qed jissuggraw li jitilfu xogħolhom.
Bħalissa, il-Gvern Laburista qed jitlob permess għal state aid…. b’sorsi qrib il-Kummissjoni Ewropea qed jindikaw li l-ammont mitlub mill-Ministru Clyde Caruana mhux wieħed realistiku – bit-triq għadha waħda twila sabiex jintlaħaq qbil. Dan ifisser aktar tħassib għal diversi impjegati tal-linja nazzjonali tal-ajru.

Il-ħaddiema tal-AirMalta ilhom xhur jitolbu assigurazzjoni mill-Gvern, iżda sorsi mill-qalba ta’ din il-kumpanija qed jghidu li l-ħsara li saret taħt il-Ministru Konrad Mizzi għadha tinħass sal-lum.

Tags