Lokali

Mara tweġġa’ gravi wara li waqgħet f’barriera

L-isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji

Mara ta’ 57 sena residenti Marsascala sofriet ġrieħi gravi wara li waqgħet f’barriera f’Għawdex.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-ħamsa f’barriera fil-Qala.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li l-vittma kienet miexja minn passaġġ dejjaq ma’ xi persuni
oħra u waqgħet madwar sular u nofs.

Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u
ttieħdet b’ambulanza l-Isptar, fejn ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.