Bir-raba’ rebħa tal-istaġun Juventus komplew bis-serje pożittiva fejn telgħu fil-ħames post b’14 il-punt daqs Lazio u Atalanta. Fis-16 il-minuta minn azzjoni ta’ Rodrigo Betancour kien MOISE KEAN li għeleb lil Rui Patricio sabiex poġġa lil Juventus fil-vantaġġ. B’Roma aktar fil-partita fil-41 minuta foul ta’ Danilo fuq Tammy Abraham. Ir-referee Daniele Orsato kkonsulta l-VAR. Saffar penalty iżda Szczesny salva x-xutt ta’ Jordan Veretout bl-ewwel taqsima tintemm b’Juventus fil-vantaġġ, liema vantaġġ minimu kien biżżejjed għal bqija tal-partita.
Napoli kisbu rebħa oħra meta għelbu lil Torino 1-0. It-tmien rebħa konsekuttiva għal Napoli mmaturat fl-aħħar minuti f’partita li minkejja li ddominaw bejn penalty fallut u gowl imħassar kien mill-ġdid OSIMHEN li ddeċieda. Fis-27 minuta Napoli setgħu marru fil-vantaġġ. Foul ta’ Benjamin Lhassine Kone fuq Giovanni di Lorenzo. Ir-referee Juan Luca Sacchi , wara li kkonsulta l-VAR saffar penalty. Taħ Lorenzo Insigne iżda Vanja Milinkovic Savic salva. Fil-56 minuta minn cross ta’ Mario Rui, kien Giovanni di Lorenzo li għeleb lil Milinkovic Savic iżda Sacchi wara li kkonsulta l-VAR ħassar il-gowl minħabba offside. Fil-81 minuta iżda kien VICTOR OSIMHEN li minn azzjoni ta’ Eljif Elmas għeleb lil Milinkovic Savic f’dak li kellu jkun il-gowl deċiżiv.
Atalanta rritornaw għar-rebħ wara t-telfa ta’ 3-2 kontra Milan. Josip Ilicic fetaħ vantaġġ doppju għal Atalanta b’gowls fil-11 u fis-26 minuta. Federico Di Francesco naqqas l-iskor għal Empoli man-nofsiegħa logħob. Fit-tieni taqsima, Atalanta reġgħu fetħu vantaġġ doppju b’gowls ta’ Mattia Viti u Duvan Zapata filwaqt li Ilicic kellu ċ-ċans li jiskorja hat-trick iżda falla t-tentattiv tiegħu minn penalty.
Cagliari kisbu rebħa ta’ 3-1 fuq Sampdoria. Joao Pedro fetaħ l-iskor wara biss erba’ minuti. Martin Caceres irdoppja fl-74 minuta filwaqt li Morten Throsby naqqas l-iskor fit-82 minuta. Sampdoria sfaw jilagħbu bi player anqas meta tkeċċa Roberto D’Averso. Lejn it-tmiem, Joao Pedro għamilhom 3-1.
Genoa u Sassuolo temmew fi draw ta’ 2-2. Dopjetta ta’ Gianluca Scamacca tat vantaġġ doppju lil Sassuolo b’gowls f’temp ta’ tliet minuti. Mattia Destro daħħal lil Genoa fil-partita fis-27 minuta biex mbgħad lejn it-tmiem kien Johan Vasquez li skorja l-gowl tad-draw fid-90 minuta.
Udinese u Bologna wkoll temmew fi draw ta’ 1-1. Udinese sfaw jilagħbu bi player anqas fit-38 minuta meta tkeċċa Roberto Pereyra. Musa Barrow poġġa lil Bologna fil-vantaġġ fis-67 minuta biex mbgħad kien Beto li salva punt għal Udinese.
SERIE A
Illum: Cagliari v Sampdoria 3-1, Empoli v Atalanta 1-4, Genoa v Sassuolo 2-2, Udinese v Bologna 1-1, Napoli v Torino 1-0, Juventus v Roma 1-0
//= $special ?>