Partit Nazzjonalista fil-Gvern dejjem offra soluzzjonijiet filwaqt li dejjem stinka sabiex jagħti iktar opportunitajiet lil kulħadd. U hekk lest li jkompli jagħmel.
Hekk intqal miż-żewg kelliema li indirizzaw l-attivita tal-PN il-Ħadd filgħodu – il-kandidati tal-PN Rebekah Cilia u Ivan Bartolo.
Rebekkah Cilia saħqet li fl-aħħar snin l-ekonomija tkabbret b’mod mhux sostenibbli. Fost l-ohrajn, semmiet il-kuncett ta’ blockchain island…idea li falliet u li minħabba f’hekk ser ikunu qed jiġu affettwati diversi persuni…. fosthom nies li investew ġidhom f’dan is-settur kif ukoll studenti li bbażaw l-istudji tagħhom propju fuq il-blockchain.
Hija tkelmet ukoll dwar il-fatt li pajjiżna spicca fil-lista l-griża tal-FATF – xi ħaġa li ġiet indirizzata biss fi ftit sentenzi fid-dokument tal-budget.
Minn naħa tiegħu, Ivan Bartolo saħaq li l-PL għadu ma fehemx li l-kawża tiegħu hija l-benessere tan-nies ta’ dan il-pajjiż għaliex meta wieħed jirrifletti fuq il-budget ta’ nhar it-Tnejn, jirrealizza li dan huwa budget li għandu għan wieħed – li jservi biss lill-Partit Laburista u x-xewqa li jahkem il-poter tal-pajjiż mingħajr viżjoni.
Ivan Bartolo sostna wkoll li l-Gvern nesa diversi setturi u negozji.
L-istess bħall-Kelliema ta’ qablu, Ivan Bartolo tkellem ukoll dwar il-lista l-griza tal-FATF…. xi ħaġa li qed taffettwa diversi individwi u setturi u li s’issa dwarha… Gvern Laburista għadu m’għamel xejn.
//= $special ?>