Raġel li ismu ma jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti inżamm taħt arrest preventiv wara li tressaq quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace akkużat li bejn id-9 u l-10 ta’ Ottubru stupra tfajla.
Filwaqt li r-raġel ta’ 30 sena ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, id-difiża talbet sabiex huwa jingħata l-ħelsien mill-arrest madanakollu l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat kawża tas-serjetà qawwija li jġib miegħu dan il-każ…kif ukoll għaliex għad trid tinstema’ x-xhieda tal-vittma.
Għaldaqstant huwa nżamm taħt arrest.
//= $special ?>