Sport Sport Ieħor

Taekwondo fit-tieni programm SPORT EXTRA

Illum mit-3.30 p.m ‘l quddiem jixxandar it-tieni programm SPORT EXTRA għal dan l-istaġun li għall-24 sena konsekuttiva qed jixxandar fuq NetTelevision.

It-tieni programm huwa dedikat għat-Taekwondo fejn fl-ewwel parti Charles Camenzuli intervista lil president tal-Malta Taekwondo Association ANNA VASSALLO li dan l-aħħar kienet eletta bħala vici-President ta’ European Taekwondo Union kif wkoll bħala membru fl-eżekuttiv tal-federazzjoni dinjija tat-Taekwondo.

Fit-tieni parti tal-programm apparti siltiet mit-training camp internazzjonali li kien organizzat dan l-aħħar intervisti esklussivi ma’ KALVO SALMUS – President tal-Federazzjoni tat-taekwondo fl-Estonja u RIDA RACHDI, wieħed mill-kowċis ewlenin ta’ fama internazzjonali tat-taekwondo. SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ CHARLES CAMENZULI għandu muntaġġi tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Michael Farrugia u Mikhail Micallef.