Futbol Sport

“Tazza tad-Dinja kull sentejn tista’ tkun ta’ detriment għal sport ieħor” – KOI

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali saħaq li l-proposta ta’ Arsene Wenger, li t-Tazza tad-Dinja ssir kull sentejn, tista’ tkun ta’ theddida għal sport ieħor kif ukoll għall-ugwaljanza tal-ġeneru fl-isport. Din il-proposta tagħti lok li t-Tazza tad-Dinja ssir fl-istess żmien tal-Olimpjadi, li huwa avveniment importanti fil-kaldendarju tal-futbol tan-nisa. Fi stqarrija l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qal li din il-proposta tista’ tnaqqas mill-iżvilupp u d-diversita’ fl-isport.

Aktar kmieni kemm il-UEFA, kampjonati tal-irġiel kif ukoll kampjonati tan-nisa wrew id-disapprovazzjoni tagħhom għal fatt li t-Tazza tad-Dinja tan-nisa tkun organizzata fl-istess perjodu ma’ avveniment maġġuri fil-futbol tal-irġiel.