Futbol Sport

Tliet gowls ta’ Mario Fonatanella jagħtu rebħa lil Valletta

VALLETTA …….3

SIRENS ………..1

Valletta: A.Guarnone, T.Caruana, J.Arthur, H.Dilaver, S. Dimech (J. Micallef 60′), C.Gauci (J. Borg 69′), R.Muscat, E.Sala, C.Prado (L. Campos 15′), M.Fontanella, K.Tulimieri (I. Curjuric 60′)

Sirens: S.Mintoff, K.Reid (F. William Avoce 86′), F.Brandan (B. Gavrila 76′), D.Alabanese, A.Borg, J.Walker, C.Lonardelli (C. Borg 69′), A.Cini (A. Effiong 86′), C.Riascos, D.Jackson, V.Vieira

Referee: P.Farrugia

Assistenti Referees: A.Camilleri, S.Calleja

Hat-trick ta’ Mario Fontanella ta’ rebħa lil Valletta u b’hekk komplew bil-mument pożittiv tagħhom meta għelbu lil Sirens 3-1. Valletta fetħu tajjeb u ħarġu mal-ewwel fuq l-offensiva hekk kif fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti permezz ta’ Mario Fontanella li għeleb lil Sean Mintoff għal 1-0 wara li rċieva cross tajjeb mingħand Tulimieri. Fis-67 minuta, Sirens kellhom ċans jidħlu fil-partita meta ngħataw penalty iżda minn ħdax-il metru, Jackson ra lil Guarnone isalva mingħajr diffikultà.

Bil-partita ftit li xejn ikun fiha azzjonijiet kien fit-82 minuta li l-istess Fontanella rdoppja għal Valletta meta wara li x-xutt ta’ Campos kien salvat, il-ballun spiċċa f’saqajn l-attakkant Taljan li kkonkluda mill-viċin . Fis-87 minuta, Sirens naqsu l-iskor meta kien Francis William Avoce li għamilhom 2-1. Lejn it-tmiem, kien għal darb’oħra Mario Fontanella li skorja t-tielet gowl personali u t-tielet wieħed għal Valletta b’konklużjoni għar-rokna tax-xibka, għall-skor finali ta’ 3-1.