Lokali

Appell biex dan il-prodott ma jiġix kkunsmat

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva dan id-direttorat mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, Il-prodott ‘ Belgian Dark Chocolate with Raisins & Almonds’, tad-ditta ‘ Waitrose’ m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi jew intolleranti għall-ġellewż minħabba li nstab li fih traċċi ta’ ġellewż li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta.

Isem tal-prodott: Belgian Dark Chocolate with Raisins & Almonds
Dittà: Waitrose
Piż / kontenitur: 180g
Data ta’ Skadenza Novembru 2022

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.