L-Athletic Association of Small States of Europe aċċetat l-applikazzjoni ta’ Malta biex tospita l-Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru s-sena d-dieħla.
Il-President ta’ Atheltics Malta Andy Grech qal li huwa sodisfatt li Malta se tkun qed tospita dawn il-logħob hekk kif avvenimenti bħal dawn se jkunu qed ipoġġu lil Malta fuq il-mappa dinjija tal-isport.
Grech qal ukoll li numru ta’ atleti ta’ livell għoli se jkunu qed iżuru pajjiżna fejn dawn se jkunu jistgħu jaraw dak li pajjiżna kapaċi joffri sena biss qabel li pajjiżna jospita l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.
Fi tmiem il-ġimgħa, nżamm ukoll l-Kunsill tal-Assoċjazzjoni fejn Andy Grech inħata bħala Viċi-President tal-istess assoċjazzjoni. L-irwol ta’ Grech se jkun dak li jsaħħaħ il-komunikazzjoni bejn il-pajjiżi ż-żgħar biex il-pajjiżi rispettivi jkomplu jikbru u jsaħħu leħinhom fuq livell Ewropew.
//= $special ?>