Coronavirus Lokali

Covid-19: 11-il każ pożittiv u 11 oħra ifiqu

11-il każ ġdid ta’ Covid-19 kienu reġistrati fl-aħħar 24 siegħa. Fl-istess żmien 11 kienu meqjusa li fiequ biex issa il-każi attivi baqgħu 271.

Bħalissa hemm 12-il persuna li jinsabu l-Isptar Mater Dei b’sintomi tal-Covid-19 b’persuna waħda tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sa issa ingħataw 34,300 doża tal-booster tal-vaċċin.