Budget 2022 Lokali

“Il-bidla tibda minn hawn”

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi Mario deMarco qal li huwa importanti li nkompli nassistu lil dawk is-setturi l-aktar milquta, fejn ikunu indirizzati l-problemi li qed jaffaċċjaw l-intrapriżi biex jimpjegaw nies ġodda.

Huwa appella għall-bidla b’viżjoni għal pajjżzna mibnija fuq tliet pilasti ewlenin… bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, ambjent li jitgawda minn kulħadd u li pajjiżna jirnexxi f’kull ambizzjoni tiegħu.

Min-naħa tagħha l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ekonomija u s-Servizzi Finanzjarji Kristy Debono qalet li pajjiżna ma jistax ikun produttiv jekk ma ssirx referenza gaġl kif Gvern ġdid Nazzjonalista se joħroġ lil pajjiżna minn fuq il-lista l-griża.

Hija qalet li huwa importanti li jissaħħaħ is-settur tas-servizzi finanzjarji u jkunu attirat investimenti barranin u jsir investiment fl-ekononmija diġitali. Apparti dan għandna ninvestu wkoll fir-riżorsa umana.

Kristy Debono qalet li Gvern ġdid Nazzjonalista jemmen f’politika li jinvesi fl-edukazzjoni, iħarreġ lill-ħaddiema u jaħdmu id f’id mal-progress tekonoloġiku.

Għandha tingħata importantza lis-settur turistiku permezz ta stateġija biex dan is-settur jerġa’ jkun wieħed kompetittiv u jilqa’ turisti ġodda.