Internazzjonali

Indja: Diversi tfal fost il-vittmi tal-għargħar

L-awtoritajiet fin-nofsinar tal-Indja kkonfermaw li hemm talanqas ħamest itfal fost l-għexieren ta’ mejtin fl-aħħar inċidenza ta’ għargħar li qata’ l-aċċess għal numru ta’ villaġġi u bliet.

L-għargħar seħħ b’kaġun tax-xita qawwija, biċ-ċifra tal-mejtin fir-reġjun qed titla minn siegħa għall-oħra –  fost rapporti li fadal ħafna persuni neqsin.

Intant, hemm numru sinifikanti ta’ residenti li baqgħu iżolati fid-distrett ta Kottayam, fl-Istat ta’ Kerala. Dan waqt li l-għargħar mix-xmajjar kaxkar miegħu il-pontijiet bejn diversi villaġġi żgħar waqt li fl-aħħar sigħat kienu rappurati aktar valangi tal-art fl-inħawi speċifiċi.