Ilbieraħ, il-Forzi Armati ta’ Malta interċettaw żewġ bastimenti tas-sajd Tuneżini li kienu qed jistadu fiż-Żona Maltija ta’ Konservazzjoni u Ġestjoni tas-Sajd fil-Punent ta’ Għawdex.
Il-Forzi Armati telgħu abboard u ż-żewġ dgħajjes ġew eskortati lejn il-Port il-Kbir fil-Belt Valletta għal aktar investigazzjoni mid-dipartiment tas-sajd ta’ Malta kif ukoll mill-Pulizija Maltija.
