Lokali

Ir-replika għall-Budget mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech

Segwi hawnhekk id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.


Illejla fil-Parlament se tkun qed issir ir-replika mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għall-Budget illi ġie preżentat mill-Gvern. Id-diskors ta’ Bernard Grech fil-Kamra tar-Rappreżentanti se jibda fis-6:30pm.

Mill-5.30pm ‘il quddiem se titwassal edizzjoni speċjali ta’ NETLIVE, bis-sehem ta’ diversi mistiedna fl-istudios. Filwaqt li d-diskors sħiħ tal-Kap tal-Oppożizzjoni se jixxandar kemm fuq Net TV kif ukoll fuq Net FM.

Is-sit elettroniku NetNews.com.mt se jwassal aggornamenti kontinwi bid-dettalji ta’ dan id-diskors tant mistenni minn Bernard Grech, filwaqt li wara l-bullettin ta’ Net News tkompli l-analizi tal-punti ewlenin li joħorġu minn dan id-diskors waqt it-tieni parti ta’ NETLIVE.

Għada t-Tlieta, il-gazzetta In-Nazzjon tkun ukoll qed twassal rappurtaġġ estensiv ta’ din ir-replika mill-Kap tal-Oppożizzjoni.