Futbol Sport

Mark Gatt isejjaħ l-iskwadra għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Mark Gatt, sejjaħ l-iskwadra finali għall-partita ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja li Malta se tkun qed tilgħab kontra r-Russja u l-Azerbaijan fil-21 u fis-26 ta’ Ottubru rispettivament.

Fl-aħħar wirjiet tiegħu t-tim Malti kiseb draw ta’ 2-2 kontra l-Bosnija hekk kif kiseb l-ewwel punt storiku f’din il-fażi. Gatt għażel li jżomm il-maġġoranza tal-iskwadra li kellu għad-diżpożizzjoni tiegħu fil-partiti kontra l-Bosnija u d-Danimarka.

L-iskwadra msejħa:

GOALKEEPERS

Patricia Ebejer (Mġarr United); Jodie Attard (Swieqi United); Maya Cachia (Crotone Calcio Femminile)

DIFENSURI

Alishia Sultana, Stephania Farrugia, Charlene Zammit (Birkirkara); Jessica Dimech, Jade Flask, Jade Schembri (Swieqi United); Maia Debono (Mġarr United); Nicole Sciberras (Tavagnacco, Italy).

MIDFIELDERS

Ann-Marie Said (Birkirkara); Brenda Borg (Mġarr United); Kayleigh Chetcuti, Dorianne Theuma, Shona Zammit (Swieqi United); Rachel Cuschieri (Lazio,); Emma Lipman (Como Women)

ATTAKKANTI

Francesca Chircop (Mġarr United); Emma Xuereb (Swieqi United); Maria Farrugia (Sunderland Ladies); Ylenia Carabott (Keynsham Town Ladies)