Lokali

Robert Abela jibqa’ ma jweġibx dwar elezzjoni ġenerali bikrija

Tard illejla, barra l-Parlament, il-Prim Ministru reġa’ naqas milli jindirizza l-inċertezza li qed joħloq hu stess dwar l-elezzjoni ġenerali.

Hu u ħiereġ mill-Parlament, Robert Abela għażel li jwieġeb mistoqsija tax-Xandir Nazzjonali bis-solitu diskors politiku tiegħu, iżda mbagħad għal mistoqsija importanti li ħafna negozji qed jistennew it-tweġiba għaliha,, jiġifieri jekk jeskludix elezzjoni qabel l-aħħar tas-sena, il-Prim Ministru ħarab jiġri għal ġol-karozzi li kellu tistennieh u għażel għaldarboħra li jħalli lill-pajjiż f’inċertezza enormi.

Il-Prim MInistru qed ikun ikkritikat bil-qawwi għall-mod kif qed iħalli lill-pajjiż kollu f’inċertezza.

Voċiferi fil-kritika tagħhom kienu l-Kamra tal-Kummerċ,, iċ-Chamber of SMEs, u l-Assoċjazzjoni ta’ min iħaddem fost l-oħrajn.

Iżda minkejja dan l-inkwiet bla bżonn li qed joħloq, il-Prim Ministru jibqa’ jinjora l-appelli ta’ ħafna u jibqa’ jinsist li jħalli lill-pajjiż jistenna mingħajr direzzjoni.