L-internazzjonali Malti u ta’ Floriana, Ryan Camenzuli hu l-magħżul tad-dilettanti tal-futbol lokali u li jsegwu l-programmi Replay, għall-unur tal-isbaħ gowl tax-xahar għal Settembru 2021, mogħti minn Replay, u sponsorjat għall-ewwel darba dan l-istaġun minn CISK 0.0. Il-gowl ta’ Camenzuli kien dak li skorja kontra Valletta, fil-Kampjonat Premier, nhar il-11 ta’ Settembru li għadda, fir-rebħa ta’ Floriana bl-iskor ta’ 3-0.
Il-gowl ta’ Camenzuli kien wieħed kollettiv, u maħdum tajjeb, wara li Floriana rebħu l-pussess fil-fażi difensiva tal-avversarji, u Camenzuli biddel il-ballun ma’ Brandon Paiber, qabel ma daħal fil-kaxxa ‘l kbira, u b’eleganza xeħet wara l-gowlkiper sostitut ta’ Valletta fil-ġurnata, Yenz Cini għall-gowl ta’ 3-0.
Agħfas hawn biex tara dan il-gowl ta’ Camenzuli.
Camenzuli għeleb l-isfida ta’ erba’ plejers oħra, minn erba’ klabbs differenti, li kienu finalisti għal dan l-ewwel unur tal-istaġun mogħti minn Replay, l-aġenzija tal-aħbarijiet u kontenut sportiv, speċifikament dwar il-futbol Malti. Dawn kienu: Federico Falcone ta’ Birkirkara, Luke Gambin ta’ Ħamrun Spartans, Miguel Lima ta’ Sliema Wanderers u Abdul Temitope ta’ Gudja United.
Fil-jiem li ġejjin, se tkun qed issir il-presentazzjoni uffiċjali ta’ dan l-unur, mill-isponsor CISK 0.0, u f’wieħed mill-programmi Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija, se jkun qed jixxandar servizz speċjali dwar ir-rebħ ta’ dan l-unur minn Camenzuli, b’intervista mal-plejer.
//= $special ?>