Lokali

Tħassib dwar bomba moħbija f’Malta lesta biex tintuża

Il-persuni li huma suspetta li provdew il-bomba li qaltlet lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, jista’ jkun li għandhom bomba oħra moħbijaf’Malta lesta biex tintuża.

Artiklu fil-gazzetta The Times tal-Ingilterra jirraporta li l-irġiel, li huma akkużati li kienu involuti fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, huwa maħsub li huma traffikanti tal-armi u d-droga b’rabtiet mar-Renju Unit.

It-tliet irġiel li qed issir referenza għalihom huma l-aħwa Robert u Adrian Agius, magħrufa bħala tal-Maksar u Jamie Vella. Huma kienu akkużati bħala kompliċi fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia għax ipprovdew il-bomba li tpoġġet mal-karozza ta’ Caruana Galizia.