Għawdex Lokali

Tittella’ r-raba’ edizzjoni tal-‘Kite and Wind Festival’

Fil-lokalità sabiħa tal-Għarb matul tmiem il-ġimgħa ttella’ l-Kite and Wind Festival fil-limiti ta’ San Dimitri. Din l-attività saret mill-Kunsill Lokali tal-Għarb bejn il-15 u s-17 ta’ Ottubru.

Ir-raba’ edizzjoni ta’ dan il-festival laħaq il-qofol tiegħu l-Ħadd fejn diversi parteċipanti kemm Maltin kif ukoll internazzjonali tellgħu mijiet ta’ tajr f’temp tassew sabiħ. Tajr f’forom u qisien varji fosthom ta’ karattri sinonimi mat-tfal.

Ritratti: Joseph Francalanza