Coronavirus Lokali

COVID-19: 22 każ ġdid; żewġ persuni fl-ITU

Żewġ persuni jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva kawża ta’ sintomi tal-COVID-19, jiġifieri persuna iżjed mill-bieraħ. Total ta’ 13-il pazjent qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei.

Dan filwaqt li fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 22 każ ġdid filwaqt li fieqet 21 persuna oħra.

Dan ħareġ mill-Ministeru tas-Saħħa fejn tħabbar li b’hekk illum għandna 272 każ attiv.

Fortunatament, il-virus ma ħasad il-ħajja ta’ l-ebda persuna biex b’hekk it-total ta’ imwiet mill-bidu tal-pandemija s’issa għadu ta’ 459.