Internazzjonali

Covid-19: Tip ġdid tal-varjant tad-Delta taħt osservazzjoni

L-uffiċjali u l-esperti mediċi qed josservaw bir-reqqa ‘dixxendent’ ġdid tal-varjant Delta tal-Covid-19 li qed jikkaġuna numru ta’ infezzjonijiet fost in-nies.

Filwaqt li d-Delta ‘oriġinali’ tibqa’ il-varjant dominanti fir-Renju Unit, l-aħħar data uffiċjali tissuġġerixxi li mas-sitta fil-mija tal-każi tal-Covid li kienu proċessati bil-genetic sequencing huma dovuti għal tip ġdid tal-varjant magħruf bħala AY.4.2 jew aħjar ‘Delta Plus’.

Dan il-varjant ġdid, intant, jinkludi l-bidliet ġenetiċi li kapaċi jagħtu saħħa akbar lill-virus. Madankollu, l-esperti ma jaħsbux li l-varjant ġdid kapaċi jisplodi bil-kbir qalb il-poplu jew li dan kapaċi jirreżisti għall-vaċċini attwali. Intant, għaddejjin xorta t-testijiet li għandhom jiddeterminaw il-vera theddida mid-‘Delta Plus’, li, għalissa, mhux jitqies bħala ‘varjant denju għal tħassib partikulari’.