Lokali Qorti

George Degiorgio ordnat li jitħallas €10,000

L-akkużat fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, George Degiorgio ngħata €10,000 wara li l-Qorti sabet li ttieħdulu d-drittijiet tal-privatezz tiegħu u tal-qraba tiegħu permezz ta’ apparat li ntuża biex jinstemgħu t-telefonati tiegħu.

Degiorgio kien fetaħ kawża kontra l-awtoritajiet Maltin, Malta Security Services hekk kif saħaq li dak li seħħ imur kontra l-liġi hekk kif saru mingħajr awtorizzazzjoni.

Hu ressaq ukoll il-fatt li nkisru d-drittijiet biex ikollu smigħ xieraq, iżda l-Qorti ma sabitx li nkisru l-ebda drittijiet fil-konfront ta’ dan.

Malta Security Services, skont il-liġi Maltija, għandha kull dritt li tisma’ t-telefonati tan-nies la darba dawn iġibu mandat iffirmat mill-Prim Ministru jew il-Ministru tal-Affarijiet Interni.

Numru ta’ investigaturi kienu ilhom tmien xhur qabel inqatlet Caruana Galizia jsegwu t-telefonati ta’ Degiorgio hekk kif kellhom suspett li kien involut f’reati varji.