Lokali Transport

Ġurnata oħra ta’ traffiku enormi

Dalgħodu diversi sewwieqa esperjenzaw dewmien aktar mis-soltu biex jaslu għax-xogħol jew biex jaslu minn post għall-ieħor. Dan minħabba ammont kbir ta’ traffiku, partikolarment fiċ-ċentru ta’ Malta.

Diversi persuni għamlu kuntatt mal-kamra tal-aħbarijiet ta’ netnews.com.mt fejn ilmentaw li dalgħodu t-traffiku “kien wieħed enormi”.

Sewwieqa minn naħa taċ-ċentru u n-naħa ta’ fuq ta’ Malta qalulna li saret impossibbli ssuq mis-7am ‘l quddiem. Filfatt ir-ritratti t’hawn fuq juru li s-sitwazzjoni tat-traffiku kienet ħażina ħafna, speċjalment fid-direzzjoni mir-Rabat lejn il-Ħamrun. Konġestjoni u konfużjoni anke fiż-żoni ta’ Ħ’Attard, ix-Xemxija kif ukoll taħt il-mini ta’ Santa Venera fejn t-traffiku kien wieħed qawwi u staġnat.

Din il-problema ilha evidenti għal ġimgħat twal b’diversi persuni jilmentaw li allaħares filgħodu tinqala’ emerġenza, minħabba li s-sitwazzjoni tat-traffiku hi kif inhi.