Lokali Parlament

Il-Gvern jibqa’ jevita vot dwar Konrad Mizzi

Il-Gvern Laburista llum reġa’ evita li jittieħed vot li permezz tiegħu l-parlament jobbliga lill-ex Ministru Labuirsta Konrad Mizzi biex jattendi u jixhed fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) dwar il-power station tal-Electrogas.

Fis-seduta parlamentari tal-lejla id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami rrifera għall-mozzjoni tal-Opożizzjoni li fiha qed jintalab vot biex Konrad Mizzi jitressaq quddiem il-PAC. Hu staqsa jekk il-Prim Ministru hux lest li jaċċetta din il-mozzjoni biex Konrad Mizzi jkun ordnat jixhed fis-seduta ta’ għada.

Il-Whip Laburista Glenn Bedingfield qal li l-kwistjoni hi sorvolata għaliex waranofsinhar Konard Mizzi iddikjara li se jattendi għall-PAC.

Il-Whip Nazzjonalista Robert Cutajar qal li bi qbil jista’ jsir kollox iżda l-Gvern jibqa’ jiddefendi lil Konrad Mizzi.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li l-Oppożizzjoni mhix informata dwar Konard Mizzi iżda l-Gvern hu miftiehem ma’ Konard Mizzi kif għandu jaġixxi fil-parlament.