Kummerċ Lokali

Il-Kamra tal-Kummerċ tfaħħar il-proposti tal-PN u titkellem dwar pjan fiskali

Fir-reazzjoni tagħha għad-diskors ta’ Replika tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, il-Kamra tal-Kummerċ faħħret il-fatt li l-Oppożizzjoni qed tipproponi t-tnaqqis fir-rata tal-VAT fuq servizzi mir-ristoranit u lukandi sabiex ikun aktar sostnu il-qasam ta-turiżmu.

Dan filwaqt li sostniet l-importanza ta’ pjan fiskali.

Il-Kamra faħħret ukoll il-proposta li jkun imwaqqaf unit speċjalizzat fuq id-due diligence u li jkun aċċessibbli għall-accountants u l-avukati.

Il-Kamra tal-Kummerċ kompliet issejjaħ għal diskussjoni matura qabel l-elezzjoni ġenerali filwaqt li kompliet tisħaq fuq l-importanza li pajjiżna jikseb lura r-reputazzjoni li tilef u li qed tħalli impatt tant negattiv fuq l-investiment barrani.