Il-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana spiċċat tammetti li lanqas hi ma hi kuntenta bil-Budget allokat għall-Edukazzjoni.
Net News staqsa lil Justyne Caruana għaliex il-Gvern qed jibqa’ jħalli l-Edukazzjoni fl-aħħar post u jonqos milli jinvesti bis-serjetà fil-ħaddiema f’dan il-qasam.
Iżda Caruana qaltilna l-Budget qiegħed hemm iswed fuq l-abjad u kulħadd jista’ jarah.
Iffaċċjata bil-kritika li qalgħet migħand il-Unions tal-Għalliema dwar il-Budget, hi qalet li l-Unions għandhom dritt jikkritikaw, imma ma tatx soluzzjonijiet.
Kemm l-MUT kif ukoll il-UPE ddeskrivew bħala wieħed bla viżjoni għal dan il-qasam, li ma jinċentivax il-ħaddiema u lil min jitħajjar għal karriera fl-edukazzjoni, li ma jagħtix l-għodda meħtieġa, u li ma jindirizzax l-isfidi tan-nuqqas ta’ għalliema,
Intant Justyne Caruana prattikament ikkonfermat li l-Gvern ma kkonsultax mal-Unions tal-Għalliema qabel il-Budget, u li l-uniku okkażjoni li kellhom biex jitkellmu r-rappreżentanti tal-edukaturi kienet fil-laqgħa għall-pubbliku in ġenerali.
//= $special ?>