Wara l-pressjoni li għamel il-Partit Nazzjonalista, fost l-oħrajn b’Mozzjoni Parlamentari, l-eks Ministru Laburista Konrad Mizzi għażel li jattendi għal-laqgħa tal-Kumitat Parlamentari Permanenti għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) biex iwieġeb il-mistoqsijiet dwar il-kuntratt skandaluż tal-Electrogas.
Fuq Facebook, Konrad Mizzi wera li l-ħidma politika tiegħu għadha abbinata mal-Gvern Laburista meta spjega li ma riedx iwaqqaf il-ħidma tal-Gvern u d-diskors tal-Prim Ministru dwar il-Budget. Dan wara t-talba tal-Partit Nazzjonalista li llejla stess tkun diskussa Mozzjoni li kellha titlob lill-Kamra tobbliga lill-eks Ministru jixhed quddiem il-PAC.
Konrad Mizzi ntalab biex jixhed fil-PAC għall-aħħar żewġ laqgħat konsekuttivi. Madankollu, hu nħeba wara linjagwida li tgħid li Membru Parlamentari jista’ jevita milli jixhed quddiem il-Kumitat. Madankollu, l-Erskine May – li hu d-dokument li jiggwida l-ħidma Parlamentari – jgħid li jekk Membru Parlamentari jibqa’ jirrifjuta li jixhed fil-PAC, għandha tkun il-Kamra li tordnalu.
//= $special ?>