Futbol Sport

Luxol se jospitaw r-rawnd prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League

Luxol St. Andrews se jkunu qed jieħdu sehem għal darb’oħra fir-rawnd prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League fejn għall-ewwel darba dan it-tournament se jkun qed isir fil-Università tal-Qroqq bejn nhar l-Erbgħa 27 u l-Ħadd 30 ta’ Ottubru.

Luxol kisbu d-dritt li jieħdu sehem f’dan ir-rawnd wara li fir-rawnd preliminari bl-aktar mod konvinċenti għelbu lil Cefn Druids, Dolphins Ashdod u lil KMF Proekt. Luxol se jkunu qed jittamaw li jiksbu post għall-ewwel darba fir-Rawnd Elite ta’ din il-kompetizzjoni. Luxol se jkunu qed jilagħbu kontra Halads, Hammarby u Record Bielsko-Biala, bil-partit kollha jibdew fit-8.00pm.

L-iskwadra msejħa għal dan ir-rawnd hija: Celino Alves, Matthew Attard, Carl Azzopardi, Melvin Borg, Dale Camilleri, Bernard Camilleri, Maicon Da Silva, Everton Da Silva, Ryan Gatt, Andy Mangion, Clint Mifsud, Dylan Musu, Herrick De Nascimento Oliveira, Gia Nikvashvili, Hebberth Oliveira Souza, Jean Carlos Pereira Costa, Emil Andrei Raducu, Kenneth Rakvaag, Marwan Telisi, Stefan Vella, Mark Zammit