Alessia Bonnici hija żagħżugħa bl-awtiżmu li fl-aħħar tmien snin żviluppat talent li għandha. Dak tad-daqq tal-pjanu.
It-Tlieta filgħodu Alessia eżibiet ftit mit-talent tagħha waqt l-iffirmar ta’ Memorandum of Understanding bejn il-Malta Trust Foundation u l-Malta School of Music.
Dan hu ftehim li se jfisser opportunità ġdida għal madwar 100 tifel u tifla b’abbiltajiet differenti sabiex jiżviluppaw aktar it-talenti tagħhom.
Filfatt dawn it-tfal se jkunu fost l-ewwel li se jieħdu taħriġ fil-Villabianca Centre for Music and Arts, ċentru ġdid li se jgħin jimla lakuna li kien hemm fejn jidħlu tfal li sal-lum kienu esklużi milli jesploraw l-abbiltajiet mużikali tagħhom.
Iċ-Chairperson tal-Malta Trust Foundation, il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca qalet li din l-inizjattiva sabet rispons mill-aqwa minn tfal u ġenituri tagħhom li għall-ewwel darba se jkollhom l-opportinità li jkunu inklużi fil-qasam tal-mużika.
Dan il-ftehim, qalet, Coleiro Preca, qed isir permezz ta’ investiment privat, u huwa kisba importanti li se tagħti lill-istudenti kollha l-istess drittijiet, opportunitajiet u riżorsi.
//= $special ?>