Lokali Qorti

Ordnata tagħti iktar minn €6,000 lil sidien ta’ ħwienet tal-ħelu

Kumpanija tal-kompjuters ġiet ordnata mill-Qorti biex tirrifondi iktar minn €6,000 lil sidien ta’ ħwienet tal-ħelu hekk kif instabu ħatja li s-sistema tal-informatika li xtraw mingħandha ma setgħetx tiġi sinkronizzata bejn iż-żewġt iħwienet.

Din is-sistema, li nxtrat mingħand il-kumpanija Intercomp, kellha l-għan li żewġt iħwienet ikollhom l-istess database ta’ prodotti u prezzijiet iżda din ma ħadmitx kif suppost.

Fil-Qorti, il-kumpanija qalet li s-sistema ma nbiegħetx bl-għan li d-database tal-ħwienet jaħdmu flimkien. Minn naħa tagħhom, is-sidien qalu li dan il-ftehim intlaħaq b’mod verbali u mhux bil-kitba.

L-Imħallef Grazio Mercieca qal li l-provi urew li s-sidien kellhom raġun hekk kif xehdu kemm ħaddiema tal-ħwienet u anke rapporti tekniċi ta’ problemi ta’ sinkronizzazzjoni tal-kumpanija.